 


|
Introduction
‘Leħen il-Belt Victoria' is a community radio that transmits on frequency
104MHz FM Stereo. It broadcasts all the year round on full or reduced
schedules. Full schedules, of about four to six weeks each, are offered in
the seasons of (1) September-October when school open and the parish year
begins, (2) December-January for the Christmas holidays, (3) March-April
for Easter and St George’s Day as well as (4) June-July for the annual
patronal Festa of St George.
In between these four periods of full schedule, programmes continue to be
broadcast on a reduced schedule form, daily between 16 and 20 hours. At t
the heart of our station’s schedules lies the daily transmission of Holy
Mass and prayers, live, from St George’s basilica. Please see the schedule
page for a timetable.
The aim of this website is to keep our internet listeners informed and, in
the case of Maltese and Gozitan migrants, in touch with their parish, town
and families.
‘Leħen il-Belt Victoria' serves from within St George’s Parish Community
and for many years it was substantially dependent on the Parish finances
for its funding. Now it mostly funds itself through advertisements and the
generous contributions of its listeners.
Advertisements are indeed accepted and these go a long way to cover its
running costs and some capital expenditure. With the addition of monthly
contributions by a number of people, a lift has just been installed in the
building where the stations are found, in the Parish Centre on St George’s
Square, mostly for the benefit of our elderly volunteers.
Suggestions for schedule improvement as well as donations are welcome and
appreciated. They may be sent to: "Radju Leħen il-Belt Victoria", Ufficcju
Parrokkjali, Bazilika San Gorg, Victoria, Gozo, Malta.
Messaġġ ta’ l-Arċipriet               
Nixtieq insellem lill-kollaboraturi kollha ta’ l-istazzjon Leħen il-Belt Victoria u lilkom ilkoll is-semmiegħa tagħna, kemm dawk li jisimgħuna minn fuq ir-radju u kemm dawk li jsegwuna mill-internet. Merħba bikom ilkoll u grazzi. Għadna bżonn ta’ xulxin…
Permezz tar-radju Leħen il-Belt Victoria l-komunità ta’ San Ġorġ twassal il-leħen tagħha lilkom ilkoll ħalli titgħallmu tagħrfu aħjar lil Kristu, waqt li tisimgħu l-Kelma tal-Papa u ta’ l-Isqof tagħna, biex hekk inħobbu l-Knisja u l-komunità li tagħha aħna membri. Dan jgħodd kemm għal min jgħix fuq il-gżira tagħna u kemm għal dawk li jgħixu barra minn Malta.
Kif jgħallimna l-papa Benedittu XVI il-ħajja Kristjana mibnija fuq il-Vanġelu m’hijiex biss “għarfien ta’ ħwejjeġ li jistgħu jiġu mifhuma, imma hi aħbar li twassal għall-għemil u tibdel il-ħajja” (Spe salvi 2).
Permezz tar-radju l-parroċċa ddaħħal ħafna individwi f’relazzjoni ma’ xulxin, b’ħafna modi, speċjalment permezz tal-kelma… il-kelma li b’xi mod hi maħluqa fuq is-sura u x-xbieha tal-“Verb” etern ta’ Alla, li fih kollox ġie maħluq b’mod ħieles u fl-imħabba. Dan il-Verb ma baqax waħdu iżda “sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14), u fl-imħabba tiegħu, murija u mogħtija lilna fi Kristu, jistieden lill-bnedmin jidħlu f’relazzjoni miegħu u bejniethom b’mod ġdid.
Ejjew insostnu r-radju tagħna, ħalli nkunu kapaċi nwieġbu għall-eżortazzjoni ta’ San Pawl: “Xandar il-Kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu” (2 Tim 4:2), u nwettqu l-missjoni fdata lilna minn Kristu: li nxandru lill-ġnus kollha l-Bxara t-Tajba (ara Mt 28:19). Dan ix-xogħol li jitlob paċenzja hekk kbira, jum wara l-ieħor, siegħa wara l-oħra, hu l-mod li bih aħna nissieħbu fil-missjoni appostolika tal-Knisja.
Nitolbu l-interċessjoni tal-patrun u ħarries tagħna, San Ġorġ, f’din il-missjoni hekk kbira. Grazzi mill-qalb lill-kollaboraturi ta’ Leħen il-Belt Victoria. U grazzi lilkom li ssegwuna b’tant fedeltà.
Il-Mulej iberikkom ilkoll.
Mons. Pawlu Cardona
Arċipriet
cardonapaul@gmail.com
Website last updated on 21-Dec-2009
|


 |